(#WIZ 09): Teżori Żwieten: Statwi u Niċeċ fi Triqatna + Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katerina ta’ Lixandra fiż-Żejtun (FREE)

Sa mit-twaqqif tal-għaqda tagħna, dejjem rajna sabiex insibu l-aħjar metodi kif inkattru l-għarfien u l-apprezzament tal-wirt kulturali u storiku taż-Żejtun. Dan huwa l-għan ewlieni ta’ Wirt iż-Żejtun li fix-xhur li ġejjin se tkun qed tfakkar l-10 snin mit-twaqqif tagħha.

Il-pubblikazzjonijiet huma wieħed mill-aktar mezzi importanti ta’ kif nesponu u naqsmu informazzjoni dwar il-wirt kulturali ta’ madwarna. Bosta minna ftit jgħatu kas ta’ dak li hemm madwarhom jew saħansitra fit-triq tagħhom jekk ma jarawx ritratt jew xi ħaġa miktuba. Dan huwa l-ħsieb wara din is-sensiela ġdida li Wirt iż-Żejtun bdiet permezz ta’ dan il-ktieb, is-sensiela Teżori Żwieten. F’din is-sensiela se nkunu qed naqsmu mall-qarrejja informazzjoni dwar diversi aspetti tal-wirt kulturali taż-Żejtun, kemm dak tanġibbli kif ukoll intanġibbli.

Ħsibna biex dan l-ewwel ktieb inwasslu informazzjoni dwar xi ħaġa komuni li nsibu fit-toroq antiki tal-ibliet u l-irħula Maltin, in-niċeċ tal-qaddisin. Dawn huma wirt ettnografiku importanti li juri kemm missirijietna kellhom għal qalbhom ir-reliġjon u l-imħabba lejn Sidna Ġesu’ Kristu; il-Madonna, taħt diversi titli; San Ġużepp; Santa Katarina u qaddisin oħra. Pero’ in-niċeċ huma wkoll espressjoni artistika minn waħda sempliċi għal dik aktar elaborata.

Is-snin ta’ ħidma u riċerka ta’ Sean Chircop dwar dan l-element importanti fil-wirt kulturali ta’ beltna qed jissarfu f’dan il-ktieb b’ritratti u nformazzjoni dwar kull niċċa u statwa li nsibu fit-triqat u l-ispazji miftuħa ta’ beltna. Nistiednek tqalleb dan il-ktieb, taqra u tifli l-informazzjoni dwar dawn il-mitt ikona fi triqatna, żgur li ser issib xi informazzjoni li qatt ma smajt dwarha qabel. Aktar informazzjoni…..

Price: €15

Ma’ kull ktieb “Statwi u Niċeċ fi Triqatna” li jinxtara se nkunu qed ngħaddu kopja tal-ktieb ta’ Giulia Privitelli, “Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katerina ta’ Lixandra fiż-Żejtun” b’xejn.

(NOTE: If you are from a foreign country please fill-in the form and thick the respective radio button.  Do not proceed with payment as we will be replying back informing you about the postage charges.  Thank you.)