
Wara diversi talbiet li kellna, Wirt iż-Żejtun qed tippubblika facsimile (kopja eżatta) tal-ktieb li ħareġ ħamsa u disgħin sena ilu dwar l-istorja taż-Żejtun u Marsaxlokk. Dan il-ktieb kien ġie rriċerkat minn Emmanuel Benjamin Vella u stampat fl-1927. Vella għamel żmien jaħdem bħala Surmast tal-iskola primarja taż-Żejtun, iżda meta lesta l-ktieb kien Surmast fl-iskola ta’ Ħaż-Żabbar.
Il-ktieb qed jiġi ppubblikat f’edizzjoni limitata u kull kopja hija innumerata.
Price: €15
(NOTE: If you are from a foreign country please fill-in the form and thick the respective radio button. Do not proceed with payment as we will be replying back informing you about the postage charges. Thank you.)