(#WIZ 12) Għamluna Ġieħ: Walter Zahra

Dan huwa l-ħames ktieb mis-sensiela “Għamlulna Ġieħ” u din id-darba qed niddedikawh lil Walter Zahra.  Zahra huwa persunaġġ li bosta jiftakruh jew saħansitra ħadmu fil-qrib miegħu.  Għażilna li din id-darba niddedikaw dan il-ktieb lil persuna moderna u mhux lil xi ħadd mill-istorja, għaliex nemmnu li anke fi żminijietna, b’dak li wieħed iwettaq illum, jista’ jagħmel il-ġid lill-komunita` tagħna u lil beltna.  

Din il-biografija li ser taqraw inġabret u nkitbet mir-riċerkatur Żejtuni, Sergio Grech, awtur ta’ numru ta’ biografiji oħra dwar diversi persunaġġi Maltin minn oqsma differenti tal-ħajja. Jekk qatt ma ltqajt ma’ Walter Zahra, dan il-ktieb żgur li ser jgħinek tiskopri lil dan il-persunaġġ.  Jekk min-naħa ‘l oħra kellek ix-xorti li taħdem mill-qrib ma’ Walter, żgur li wara li taqra dan il-ktieb, ser tiskopri bosta affarijiet ġodda dwar dan il-persunaġġ.  Walter, kif jgħid bl-Ingliż, kien all rounder, u għalhekk se ssib li tul ħajtu ħadem f’diversi oqsma, fiż-Żejtun u lil hinn minnu.

Wirt iż-Żejtun qed tkompli tkabbar l-għarfien dwar beltna, mhux biss dak storiku, iżda wkoll dak ċiviku.  Il-ħajja u l-ħidma ta’ dawk li ġew qabilna għandhom ikunu ta’ ispirazzjoni għalina u għal uliedna – l-adulti t’għada.

Nemmnu li dan il-ktieb, bħal-erbgħa ta’ qablu se jkompli jwassal l-għarfien dwar personaġġ ieħor Żejtuni li għamel ġieħ lil raħal twelidu. (Aktar informazzjoni…)

Price: €10

(NOTE: If you are from a foreign country please fill-in the form and thick the respective radio button. Do not proceed with payment as we will be replying back informing you about the postage charges. Thank you.)