
Wara l-kummenti pożittivi li Wirt iż-Żejtun irċeviet dwar l-ewwel pubblikazzjoni mis-sensiela “Għamlulna Ġieħ” li kien iddedikat lil Michele Cachia, issa qed inwasslu t-tieni ktieb f’din is-sensiela u li qed niddedikawh lil Carlo Diacono.
Dan il-ktieb qed jiġi ppublikat f’għeluq il-ħamsa u sebgħin sena mill-mewt ta’ dan il-kompożitur Żejtuni li ħalla warajh wirt mużikali kbir li għadna ngawdu sal-lum, mhux biss fiż-Żejtun iżda fi bliet u rħula oħra Maltin. L-antifoni f’ġieħ il-qaddisin ta’ dawn il-parroċċi għadhom jiġu apprezzati bil-kbir mid-dilettanti ta’ dawn il-festi.
Iżda kif se naraw minn dak miġbur f’dan il-ktieb, Carlo Diacono ma’ kkomponiex biss antifoni u mużika sagra, iżda anke dik profana. Hekk insemmu l-opra l-Alpino li fl-2018 tagħlaq mitt sena minn meta ġiet esegwita fit-Tejatru Rjal.
Filwaqt li nemmnu li dan il-ktieb se jkun ħolqa oħra ta’ informazzjoni dwar persuni Żwieten li għamlu ġieħ lil beltna nittama li dan l-għarfien inissel apprezzament akbar lejn l-istorja tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna.
Wirt iż-Żejtun tixtieq trodd ħajr lill-Arċipriet li tana l-permess niġbdu ritratti ta’ xi artifatti li hemm fil-mużew tal-parroċċa u li għandhom rabta ma’ Carlo Diacono, il-Familja Diacono, l-Għaqda Mużikali Beland li tatna l-permess li nagħmlu użu minn materjal li kienet ippubblikat l-Għaqda, lis-Sur Charles Debono għall-għajnuna u l-materjal li provdielna, u fuq kollox lill-awturi tal-kontribuzzjoni tagħhom f’dan il-ktieb. Aktar informazzjoni…..
Price: €10
(NOTE: If you are from a foreign country please fill-in the form and thick the respective radio button. Do not proceed with payment as we will be replying back informing you about the postage charges. Thank you.)