(#WIZ 06): Għamlulna Ġieħ: Michele Cachia

Ta’ kull sena, Wirt iż-Żejtun, tiddedika dik is-sena lil persunaġġ li tul ħajtu
għex u ħadem fiż-Żejtun u li b’għemilu u ħidmietu għamel ġieħ lil belt twelidu. L-iskop ta’ din id-dedikazzjoni hija sabiex dawn il-persunaġġi ma jintesewx u aħna li qed ngħixu llum nagħrfu t-tajjeb li għamlu dawn in-nies biex insegwu l-passi tagħhom. Issa minn sempliċi dedikazzjoni qed nagħmlu pass ieħor.

Dan il-ktieb huwa l-bidu ta’ twettieq ta’ ħolma li mxiet minn kumitat għallieħor ta’ Wirt iż-Żejtun, sa mit-twaqqif ta’ din l-għaqda ħames snin ilu. Kien proprju permezz tal-għajnuna mill-iSmall Iniatiatives Support Scheme (SIS) imħaddma mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju li għamilha possibli biex inwasslu f ’darek dan il-ktieb dwar wieħed mill-akbar personaġġi Żwieten ta’ kull żmien – Michele Cachia. Kif se taqraw, dan il-persunaġġ ħadem fost iż-Żwieten ta’ żmienu, mhux biss fil-ħidma professjonali tiegħu bħala arkitett, iżda wkoll kien il-moħħ u mexxej ewlieni fis-sehem tal-popolazzjoni fix-Xlokk ta’ Malta waqt l-imblokk tal-Franċiżi. Kien bniedem li waqt żminijiet diffiċli ħares fil-bogħod biex seta’ jkun ta’ ġid għal dawk ta’ madwaru. Minkejja l-fama u l-popolarita’ li kiseb, baqa’ saqajh mal-art biex serva sa mewtu.

Inħeġġek taqra dan il-ktieb u żżommu fil-librerija tiegħek bħala l-ewwel
ħolqa f ’katina ta’ għarfien li Wirt iż-Żejtun ser tkompli taqsam ma’ min għandu għal qalbu l-istorja ta’ Beltna. Aktar informazzjoni….

Price: €10

(NOTE: If you are from a foreign country please fill-in the form and thick the respective radio button.  Do not proceed with payment as we will be replying back informing you about the postage charges.  Thank you.)