
Dan huwa is-sitt ktieb mis-sensiela “Għamlulna Ġieħ” u din id-darba qed niddedikawh lil Dun Ġwann Farrugia u ta’ madwaru. Permezz tar-riċerka u l-kitba tat-tabib Anton Bugeja, qed inwasslu għarfien dwar persunaġġi interessanti fl-istorja pjuttost riċenti ta’ beltna. Dun Ġwann Farrugia kien saċerdot li mhux biss qeda d-dmirijiet pastorali fiż-Żejtun, iżda wkoll kellu interess u mħabba lejn il-wirt arkeoloġiku, mhux biss fil-konfini ta’ beltna u l-inħawi tal-madwar, iżda wkoll dak li ltaqa’ miegħu f’inħawi oħra ta’ gżiritna.
Dun Ġwann kien jiġbor iż-żgħażagħ madwaru u spiss kien jeħodhom miegħu għal mixjiet fil-kampanja li tant kien iħobb. Minn dawn iż-żgħażagħ, kien hemm tnejn partikulari li baqgħu ħbieb sew ma’ Dun Ġwann, Loreto Gravino u Publius Farrugia, tant li ħadmu miegħu u kienu ta’ għajnuna kbira fis-sejbiet u d-dokumentazzjoni ta’ diversi siti arkeoloġiċi.
Jekk Dun Ġwann kien iwassal l-għarfien tiegħu jew ħsibijietu dwar dak li jkun skopra, Loreto kien jiddokumenta dawn l-iskoperti permezz tal-fotografija. Kemm Loreto kif ukoll Publius kienu wkoll tajbin fl-arti u għalhekk għenu lil Dun Ġwann ukoll fl-iskizzi u tpenġijiet oħra tal-iskoperti li kienu jagħmlu.
Issa la waslat s’hawn fil-qari tiegħek, inħeġġek tkompli taqra sal-aħħar folja ta’ dan il-ktieb sabiex mhux biss tiskopri aktar dwar dawn il-persunaġġi, iżda wkoll dwar dak li sabu u kitbu dwaru.
Nemmnu li dan il-ktieb, bħal-ħamsa ta’ qablu se jkompli jwassal l-għarfien dwar personaġġ ieħor Żejtuni li għamel ġieħ lil raħal twelidu. (Aktar informazzjoni…)
Price: €15
(NOTE: If you are from a foreign country please fill-in the form and thick the respective radio button. Do not proceed with payment as we will be replying back informing you about the postage charges. Thank you.)

